L-oriġini
F'dawn l-aħħar 35 sena ta' riċerka, il-Prof. Traute Taeschner identifikat ir-raġunijiet tal-falliment skolastiku fit-tagħlim tal-ilsna barranin lit-tfal u ħolqot il-mudell tal-Format Narrattiv, il-bażi teoretika tal-programm Hocus & Lotus.
Mat-tim ta' riċerka tagħha, b'kollaborazzjonijiet ma' universitajiet Ewropej oħra u b'numru ta' teżijiet Taljani u barranin, ivverifikat b'mod sperimentali l-validità tal-prinċipji teoretiċi tagħha.
F'serje ta' proġetti Ewropej li bdew fl-1991, ma' Rai Fiction, il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano-Tirol t'Isfel, Musicartoon u ħafna artisti żgħażagħ, tiżviluppa l-materjali dydattiċi «L-avventuri ta' Hocus u Lotus».
Il-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni huma f'idejn Dinocroc International Training Institute – D.I.T.I. srl, dar tal-pubblikazzjoni u entità ta' taħriġ maħluqa għal dan.